Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji għat-Turiżmu, bit-tema “Turiżmu għal Kulħadd – Nippromovu Aċċessibiltà Universali” il-Ministru Edward Zammit Lewis u s-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana żaru l-lukanda Hilton, meqjusa waħda mill-aktar aċċessibli fil-pajjiż.
F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Zammit Lewis qal li l-aċċessibiltà hija dejiem sfida qawwija. Huwa ħabbar li l-ITS b’kollaborazzjoni mal-CRPD, fasslet kurrikulu biex studenti jitħargu fuq kwalitajiet ta’ aċċessibiltà f’dan ix-xogħol.
Is-Segretarju Parlamentari qalet li illum huwa ta’ pjaċir li ntsabu mijiet ta’ impjiegi ġodda għal dawn il-persuni, u illum Malta kisbet rekord ta’ persuni b’dizabiltà fid-dinja tax-xogħol. Settur ewlieni li qed joffri dawn l-opportunitajiet huwa dak tal-ospitalità.
Xhieda tal-aċċesibiltà tinsab f’din il-lista twila ta’ servizzi lil min għandu bżonnhom: