Mara Marokkina ħadet biċċa musrana tar-raġel mejjet tagħha fuq titjira lejn darhom fl-Awstrija. Qalet li kienet qed tieħu l-kampjun minħabba li tissuspetta li kien ivvelenat. Il-mara, permezz tal-avukat tagħha, qalet li riedet tobba Ewropej jeżaminaw il-kampjun.
Il-mara għandha 35 sena u għadha ma ġietx identifikata b’mod pubbliku, iżda nafu li ippakkjat il-biċċa musrana ta ‘erba’ pulzier fil-bagalji, li ġew ikkontrollati qabel titjira lejn il-belt Awstrijaka Graz, fejn hi u żewġha li kellu 40 sena, kienu jgħixu għal tmien snin.
Wara li ġiet fl-inkwiet mal-awtoritajieta, l-avukat tal-mara qal li l-klijenta tiegħu kienet qiegħed taġixxi fuq il-parir ta’ tabib f’Marrakesh. Dan għandu suspett li r-raġel tagħha kien ivvalenat waqt ikla li l-koppja kellha meta żaru xi qrabat.
Kien it-tabib Marokkin li ħa l-biċċa musrana, u għamlu f’pakkett priżervat, f’kontenituri tal-plastik oħxon. Esperti mill-Awstrija qalu li l-ippakkjar kif professjonali ħafna.
Il-merkanzija stramba instabet minn uffiċjali tad-dwana fl-Awstrija bħala parti minn kontrolli li jsiru b’mod normali.