Id-Disinjatur tal-ħwejjeġ Franċiż, Pierre Cardin, miet fl-età ta’ 98 sena, fi sptar viċin ta’ Pariġi.
Cardin kien magħruf għall-karriera estensiva ta’ aktar minn 70sena fl-industrija tal-moda.
Huwa kien magħruf ukoll bħala rivoluzzjonarju fl-industrija tiegħu wara li fl-1950, kien wieħed mill-ewwel disinjaturi li poġġa ismu mat-tikketta tal-ħwejjeġ.