Eritean ntbagħat sitt xhur ħabs wara li pprova jitlaq minn pajjiżna lejn Brussell b’dokumenti foloz.
Il-Prosekuzzjoni spjegat fil-qorti kif huwa ġie arrestat fis-27 ta’ Diċembru fil-mitjar Malti, hekk kif kien se jaqbad titjira lejn Brussell b’passaport Taljan u dokument, it-tnejn foloz. Intqal ukoll kif huwa ammetta mal-pulizija.
L-imputat wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.