Illejla l-Partit Laburista sellem il-memorja ta’ Karin Grech.
Il-Mexxej tal-Partit Laburista u l-Prim Ministru Robert Abela flimkien mal-amministrazzjoni tal-Partit Laburista qiegħdu fjuri quddiem il-monument ta’ Karin Grech f’San Ġwann.
Il-Prim Ministru stqarr li wasalna fi tmiem sena li fiha rajna biċ-ċar is-sens ta’ dover li jħaddnu dawk li jġorru ir-responsabbilta ta’ pazjent.
Dr Abela qal li tlieta u erbgħin sena ilu, tabib li wera d-dover tiegħu kellu jħallas bil-ħajja ta’ bintu.
Hu sostna li l-piż li ġarret din il-familja huma ftit li jistgħu jifhmuh.