L-Awtorità tal-Artijiet ħarġet sejħa pubblika għall-kariga ta’ Kap Eżekuttiv wara li dak attwali, James Piscopo, ma weriex intenzjoni li jkompli wara li skadielu l-kuntratt.
Fi stqarrija l-Awtorità qalet li qed tieħu dan il-pass biex ikun hemm perjodu ta’ tranżissjoni adekwat.
Tul iż-żmien li kien ilu jokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekttuiv, James Piscopo mexxa progress sinjifikanti fl-awtorità, fosthom b’għodda virtwali biex jiffaċilitaw l-applikazzjonijiet, kif ukoll daħlu fis-seħħ numru ta’ avviżi legali kruċjali.