Żewġ anzjani ddaħlu l-isptar b’urġenza wara ħruġ ta’ gass f’appartament fi Triq il-Punent il-Belt Valletta.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sitta u kwart ta’ filgħaxija, bil-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post u taw l-ewwel għajnuna lill-anzjani sakemm waslet l-ambulanza mill-Isptar Mater Dei.
Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa.