It-Tlieta waranofsinhar, fil-Palazz Presidenzjali fil-Belt Valletta, il-President ta’ Malta George Vella laqa’ lill-Prim Ministru Robert Abela fejn taw l-iskambju tal-awgurji tal-Milied.
Il-Prim Ministru Robert Abela kien akkumpjanat minn martu Lydia Abela u binthom Giorgia Mae.
Aktar tard il-Prim Ministru u l-familja tiegħu marru jagħtu l-awguri tal-Milied lill-Arċiqsof ta’ Malta, Monsinjur Charles Scicluna. Mal-Arċisqof kien hemm ukoll l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi.
Intant fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt marru jagħtu l-awgurji tal-Milied lill-President tar-Repubblika, l-Ispeaker Anġlu Farrugia, il-Prim Imħallef Dr Mark Chetcuti, l-Arċisqof Charles Scicluna, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech u s-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar.
Earlier today exchanging Christmas greetings with the President of Malta @presidentmt and the Archbishop of Malta @BishopScicluna alongside my family. – RA pic.twitter.com/JgAOcTXNNA
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) December 22, 2020