Il-pulizija qed tinvestiga serqa minn ħanut f’Bormla, it-Tnejn wara nofsinhar.
Din is-serqa ġrat għall-ħabta tas-6:30 ta’ wara nofsinhar fi Triq l-Oratorju. Immedjatament fuq il-post marru fuq il-post, fejn mill-ewwel stħarriġ indika kif raġel armat b’arma li taqta u bil-ponta, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxiera u ħarab minn fuq il-post.
Il-kaxxiera hija mara ta’ 36 sena mill-Fgura.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Neville Camilleri ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet huma mmexxija mill-Pulizija tad-Distrett u mill-Iskwadra tar-Reati Maġġuri.