F’kummenti li ta l-Ministru għall-Infratruttura Ian Borg it-Tnejn filgħodu spjega li l-aplikazzjoni ta’ Infrastuttura Malta għal bini ta’ Bypass ġdida tal-Imrieħel, għandha l-iskop ewlieni li tnaqqas l-inċidenti koroh u fatali li rajna seħħħu fil-passat.
Hawnekk huwa spjega li l-applikazzjoni għall-by-pass għadha f’fażi bikri, u l-Aġenzija bagħtet għall-bdiewa sabiex tiddiskuti dan il-proġett.
Qal kif, “Kulħadd jaf li f’nofs il-bypass tal-Imrieħel għandek junction illi anke konsegwenza tagħha swiet ħajjet in-nies, iġifieri kellek inċidenti koroh u anke fatali. Allura l-intervent li allura qed nifhem li Infrastruttura Malta qed tipproponi f’dan il-każ hija kwistjoni ta’ sigurtà fuq it-toroq tagħna u mhux kwistjoni ta’ traffiku… Infurmat ukoll li se jiġi propost li se tkun imtawla l-korsija għaċ-ċiklisti u dawk li jimxu… Infurmat ukoll li Infrastruttura Malta għada fil-fażi inizjali tiegħu u fil-fatt il-bdiewa saru jafu għax Infrastuttura Malta bagħtet għalihom biex tiddiskuti dan il-proġett. Bħal ma jiġri f’diversi okkażżjonijiet wieħed għażel li jmur fil-pubbliku jgħid li illu huwa kontra l-proġett, għandhom kull dritt, aħn kif għamilna f’diversi proġetti nisimgħu u naraw illi l-ħtieġa tiġi indirizzata, naraw illi ma jkunx hemm inkonvenjent imbagħad l-awtoritajiet responsabbli jiddeċidu jekk il-proġett għandux ikun approvat jew le.”