Il-familja ta’ Daphne Caruana Galizia ma għandha l-ebda oġġezzjoni u ġiet rappurtata li qed tappoġġja lill-Imħallef Abigail Lofaro wara li sar magħruf li żewġha kien involut f’xiri ta’ proprjetà li fiha kien hemm involut anki Yorgen Fenech.
Abigail Lofaro hija waħda mit-tliet imħallfin fuq il-bord tal-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Dalgħodu fil-Qorti, l-Imħallef Lofaro qrat digriet fejn stqarret li hija kienet taf bil-każ jumejn ilu meta żewġha rċieva xi mistoqsijiet mill-midja.
Hija qalet li ma tħossx li għandha tirrikuża ruħha.