“Erġajna wrejna li l-poplu tal-George Cross xejn ma’ jaqtalu qalbu.”
Dan klien il-messaġġ tal-Prim Ministru Robert Abela waqt li ta l-awguri tiegħu fil-messaġġ tal-Milied. Dr Abela sostna li Flimkien, għixna l-aktar żmien iebes li għadda minnu l-pajjiz, fiż-żġur mit-tieni gwerra dinjija ‘l hawn.
Fil-messaġġ tiegħu, il-Prim Ministru sostna kif issa qegħdin noqorbu lejn żmien tant mistenni ta’ rkupru ekonomiku.
“Illum, hekk kif qedin noqorbu lejn il-fażi tal-irkupru ekonomiku, kburi li għandna pajjiż li jista’ verament jiftaħar li qiegħed fuq quddiem nett ta’ kif il-ħajja soċjali baqgħet għaddejja qrib in-normalita’, filwaqt li kkontrollajna b’mod robust il-pandemija mill-aspett mediku; pajjiż li l-ekonomija tiegħu baqgħet miexja, li żamm il-qagħad milli jerfa’ rasu, u li n-negozji tagħna setgħu jibqgħu jaħdmu.”
Il-Prim Ministru sostna li f’dan iż-żmien ta’ festi rridu nkomplu nsaħħu l-għaqda ta’ bejnietna.
“Dejjem irreżistejna lil min ried idaħħal il-qtiegħ il-qalb fil-poplu tagħna, u minflok konna dejjem pożittivi, u ottimisti. Flok sens ta’ dwejjaq, tajna t-tama, u l-kuraġġ. Dawn il-jiem ta’ festi rridu nimpenjaw ruħna li nużawhom biex inkomplu nsaħħu l-għaqda ta’ bejnietna. Li niftakru wkoll li hemm min hu anqas ixxurtjat minnha, u li għaddej minn tbatijiet mhux zgħar.”
Il-Prim Ministru temm b’appell biex is-26 ta’ Diċembru li ġej il-poplu Malti għal darba oħra jerġa jgħin lill-President tar-Repubblika fl-attività importanti tal-Istrina.
Il-President George Vella wkoll appella għall-ġenerożita tal-poplu Malti fl-edizzjoni li jmiss tal-Istrina.
“Il-mard ma jħarisx lejn uċuħ għalhekk irrid nieħu l-okkażżjoni biex infakkar fl-appuntam,ent tal-Istrina l-għada tal-Milied u nirringrazzjakom minn issa biex tkunu ġenerużi ma min tkunu fil-bżonn”
Il-President Vella nnota wkoll kif minkejja d-diversi sfidi, din il-pandemija wasslet ukoll għal affarijiet pożittivi.
“Minkejja d-distanza għamilna telefonati li fir-rutina qatt ma konna nsibu ċans għalihom. Kellna aktar ħin nitkellmu u naqsmu l-biżat tagħna ma dawk ta’ madwarna”
Fl-attività Milied Flimkien għamlu l-inidirizz tagħhom ukoll l-Arċisċof Charles Scicluna, l-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.