Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard kklassifika lil Malta b’fost l-anqas rati ta’ testijiet pożittivi għall-COVID-19. Dan ħabbru d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne Fuq fuq Twitter fejn kompla jisħaq dwar l-importanza tal-ittestjar.
Il-virologu Chris Barbara sostna li l-istrateġija li addottat Malta tul ix-xhur ħadmet biex sa issa l-laboratorji f’pajjiżna pproċessaw aktar minn 470,000 test.
“Konna wieħed mill-aktar pajjiżi li bdejna nittestjaw u għadna wieħed mill-aktar u ħafna pajjiżi qed jikkupjaw sistemi tagħna. Issa tant qed nittestjaw li Malta spiċċat bħala wieħed mill-aktar pajjiżi fejn l-anqas qed insibu pożittivi għax qed inneħħuhom mill-komunità kmieni.”
Barbara kompla jispjega li minkejja l-vaċċin, għax-xhur li ġejjin l-ittestjar tal-popolazzjoni għandha tibqa’ ssir bl-istess mod sakemm il-poplu jibni l-immunità kontra ll-virus tal-COVID-19.
“L-affarijiet se jibqgħu għadejjin kif inhuma għalissa għax irid jgħaddu ftit xhur sakemm il-poplu jkun protett kontra l-virus u imbagħad jekk il-bambin irid in-numri jkomplu nieżlin. Għalissa kulħadd jibda għaddej bl-istess sistema li għadejjin bħalissa”