L-entità Infrastruttura Malta qiegħda tavża li għada, il-Ġimgħa 18 ta’ Novembru ser tkun qed titlesta l-aħħar konnessjoni tal-proġett tal-Marsa Junction mill-Marsa għal Raħal Ġdid.
Għaldaqstant, mid-9:30 ta’ filgħodu sad-9 ta’ filgħaxija Vjal Sir Paul Boffa, ir-roundabout ta’ Kordin u Triq Dom Mintoff se jkunu magħluqin miż-żewġ naħat.
Dan hekk kif ser ikunu qed isiru xi xogħolijiet t’asfalt miż-żewġ direzzjonijiet.
Triq Dom Mintoff, ir-roundabout ta’ Kordin u l-korsiji tat-tramuntana ta’ Vjal Sir Paul Boffa jerġgħu jinfetħu l-Ġimgħa filgħaxija.
Dan filwaqt li l-korsiji tan-nofsinhar minn Triq Aldo Moro, il-Marsa lejn Vjal Sir Paul Boffa, Raħal Ġdid jerġgħu jinfetħu kmieni t-Tnejn filgħodu.
Dawn t’hawn taħt huma xi rotot alternattivi li tista’ tieħu għall-vjaġġ tieħek:
- Raħal Ġdid/Kottonera lejn il-Marsa (Rotta Tramuntana) – Ma tistax tmur lejn il-Marsa minn Kordin. Għaddi mir-roundabout ta’ Santa Luċija, jew mill-Fgura u Bulebel lejn Triq Tal-Barrani.
- Marsa lejn Raħal Ġdid (Rotta Nofsinhar) – Għaddi mit-triq temporanja f’Baċir Numru 7 minn Albert Town, il-Marsa lejn Kordin Raħal Ġdid u l-Kottonera. Tista’ tgħaddi wkoll minn fuq il-flyover ġdida minn Triq Aldo Moro għal Vjal Santa Luċija (Telgħa tal-Addolorata) u dur lejn Raħal Ġdid minn Triq l-Arkata (ħdejn l-A3 Towers), Triq il-Palma jew mir-roundabout ta’ Santa Luċija.
🚧 🚧 L-AĦĦAR GĦELUQ GĦADA: Fi tmiem din il-ġimgħa se nlestu l-aħħar konnessjoni ġdida tal-#MarsaJunctionProject,…
Posted by Infrastructure Malta on Thursday, 17 December 2020