Owen Schembri, ta’ 18-il sena mixli bil-qtil ta’ Saviour Gaffarena ngħata l-ħelsien mill-arrest.
Hu u sieħbu Leon Debono ta’ dsatax -il sena huma ż-żewġ żgħażagħ akkużati li f’Lulju li għadda sparaw u qatlu lil Saviour Gaffarena u darbu lil Vince Gaffarena fl-Imqabba.
Schembri biss ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ ħamsa u tletin elf ewro, depożitu ta’ ħmistax-il elf ewro u kundizzjonijiet oħra imposti mill-Qorti, fosthom li jrid ikun f’daru f’ċertu ħinijiet.
Fil-Qorti, l-Imħallef Edwina Grima spjegat kif id-deċżjoni biex Schembri jingħata l-ħelsien mill-arrest ġiet wara ħafna ħsieb.
L-imħallef ikkunsidrat il-kondotta tal-imputat u l-istadju avvanzat tal-proċeduri.
Min-naħa tiegħu l-ispettur Kurt Zahra indika li għad hemm persuni oħra li jridu jagħtu x-xiehda tagħhom u qal li ma jistax jikkumenta dwar jekk l-investigazzjonijiet ġewx fi tmiemhom jew le.
Intant, l-akkużat Leon Debono ma talabx għall-ħelsien mill-arrest.