Filwaqt li madwar l-Ewropa, nies li għandhom 65-il sena u aktar jippreferu jmorru btala f’pajjiżhom stess, il-Maltin huma differenti.
Skont statistika maħruġa mill-Eurostat, l-anzjani tal-Lussemburgu, tal-Belġju u ta’ Malta jippreferu jmorru barra minn xtuthom għal btala. L-oppost tal-anzjani Spanjoli, Griegi, tar-Repubblika Ċeka u r-Rumanija, li jieħdu l-vaganzi f’pajjiżhom stess. Possibilment il-qagħda finanzjarja tal-anzjani Maltin hija tali li tagħmilha possibbli li jsiru dawn il-vjaġġi.
Skont l-Eurostat, turisti il huma ikbar fl-età għandhom tendenza li jonfqu inqas flus meta jmorru btala. Filwaqt li l-proporzjon mill-iljieli kollha mqatta’ fi Franza u Ċipru hija għolja (mdwar kwart tal-iljieli kollha), f’pajjiżna l-proporzjon huwa fost l-inqas: 9%. Fil-Greċja u l-Iżvezja hija 24%, u fl-Irlanda u l-Portugal 23%.