Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen qalet li hemm raġġ ta’ tama dwar ftehim fit-taħditiet kummerċjali bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea wara li jintemm il-perjodu tranżitorju ta’ Brexit.
Fid-dawl ta’ dan, Von der Leyen qalet li l-jiem li ġejjin se jkunu deċiżivi, bin-negozjati se jkomplu għaddejjin lejl u nhar sabiex jintlaħaq ftehim. Uffiċjali miż-żewġ naħat qed ikomplu bit-taħditiet fi Brussell bit-tama li jintlaħaq ftehim sal-aħħar ta’ din is-sena.
Uffiċjali tar-Renju Unit wkoll qalu li sar progress, madanakollu iż-żewġ naħat għadhom ‘il bogħod minn ftehim f’oqsma ewlenin.