Il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija nnutat b’sodisfazzjon it-tħabbira tat-tieni fibre optic cable bejn Malta Għawdex hekk kif aktar kmieni llum ġie ffirmat ftehim bejn 3 kumpaniji tat-telekomunikazzjoni.
Il-Kamra qalet li għal numru ta’ snin tkellmet favur it-tieni fibre optic cable.
B’hekk l-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett se jwassal għal aktar żvilupp ekonomiku f’niċċeċ u setturi differenti.
L-istess Kamra tal-Kummerċ innutat li permezz ta’ dan il-proġett se jkun hemm aktar serħan il-moħħ għal min irid jinvesti fil-qasam diġital f’Għawdex.