Fl-aħħar sigħat fiequ 150 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 101 każ minn fost 2,978 test.
Dan ifisser li 96.7% tat-testijiet li saru ġew negattivi u 3.3% ġew pożittivi.
Sa issa, fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna, saru 467,407 test.
Intant il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li ħames anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.
Il-persuni li tilfu ħajjithom huma 2 anzjani nisa ta’ 76 u 94 sena rispettivament u 3 anzjani rġiel ta’ 66, 79 u 88 sena rispettivament.
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, appella biex anke f’dawn il-ġranet ta’ festi l-poplu jibqa’ viġilanti u jsegwu l-miżuri ta’ prevenzjoni.