Għas-sitt sena konsekuttiva, il-programm “Dak li Jgħodd” li jixxandar fuq ONE, se jiċċelebra dak li verament jgħodd permezz tal-inizzjattiva five in one li minnha se jibbenefikaw it-tfal fil-bżonn.
Il-programm televiżiv bil-preżentazzjoni ta’ Claire Agius Ordway se jingħaqad mal-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund, u bis-sehem tal-President ta’ Malta George Vella u s-sinjura tiegħu, se jappella għall-ġenerożità tal-Maltin u l-Għawdxin b’risq ix-xogħol siewi tal-Fondazzjoni.
Qalet kif, “Nhar it-Tlieta, ħmistax ta’ Diċembru ser nagħmlu programm, aħna nsejħulu five in one fejn ser inkunu qed niġbru għall-Istrina. Kif kulħadd jaf, ħafna mill-attivitajiet li tagħmel il-Community Chest Fund ma sarux din is-sena. Għalhekk iddeċidejna li l-flus li ser niġbru fis-siegħa tal-programm nagħtuhom lilhom. Aħna kulma niġbru five ewro minn kull min isegwi l-programm Dak Li Jgħodd.”
It-telespettaturi huma mħeġġa jagħtu donazzjoni ta’ ħames ewro matul il-programm ta’ siegħa li jibda fil-ħamsa ta’ waranofsinhar.