Il-Ministeru għas-Saħħa qed jinvesti aktar minn tliet miljun ewro fi trattamenti ta’ HIV aktar avvanzati minn dawk li kienu offruti sa issa, biex il-pazjenti jingħataw servizz ta’ kura aħjar.
B’reazzjoni għal rapporti li dehru fil-midja, il-Ministeru tas-Saħħa ċċara li dawn il-mediċini ġodda bdew jitqassmu minn din il-ġimgħa u se jkomplu jaslu għand il-pazjenti kollha fil-jiem li ġejjin.
L-istqarrija spjegat li sakemm il-pazjenti kollha jaqilbu għal din il-mediċina, fid-dawl li l-mediċini li kienu se jingħataw sa issa huma skarsi fis-suq Ewropew, il-Ministeru tas-Saħħa qed jieħu l-passi kollha possibbli biex il-pazjenti kollha jkollhom il-kura neċessarja għad-dispożizzjoni tagħhom.