Il-Ministru għad-Difiża Ingliż Ben Wallace qal li erba’ bastimenti tal-Qawwa Navali Ingliża huma ppreparati biex jipproteġu l-ibħra territorjali għas-sajd f’każ li ma jkunx hemm qbil fit-taħdidiet li qed isiru bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea.
Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson u l-President tal-Kummisjoni Ewropea Ursula Von Der Leyen qalu li huwa impossibbli li jintleħaq ftehim kummerċjali bejn iż-żewġ naħat.
Nuqqas ta’ ftehim ikun ifisser li l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit jimponu taxxi fuq prodotti li jiġu esportati bejn iż-żewġ naħat.