Il-Malta Gay Rights Movement huwa wieħed mill-organizzazzjonijiet mhux governattivi li se jgawdi minn binja li se tintuża biex tagħti kenn lil persuni omosesswali li ma jkunux aċċettati mill-familji tagħhom wara li jitkellmu fuq l-orjentazzjoni sesswali tagħhom.
Dan kollu se jkun possibli permezz ta’ skema maħruġa mill-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali, li ħarġet applikazzjonijiet lil diversi organizzazzjonijiet mhux governattivi sabiex jagħmlu użu minn binjiet rinovati.
Organizzatur fi ħdan l-MGRM qasam ma’ ONE News il-ferħ li ħass meta din l-għaqda ingħatat din l-opportunità.
“Dan il-housing fil-qasam ta’ persuni LGBT huwa l-ewwel wieħed f’Malta, jiġifieri qatt ma kien hawn qabel li jkun hemm post speċifiku ta’ NGO li tkun qed tilqa’ nies li għandhom problemi ta’ akkomodazzjoni. Barra minn Malta din normali, f’pajjiżi bħall-Ingilterra u l-Olanda ssibhom ħafna dawn u huwa tajjeb ukoll għax nistgħu nitgħallmu minnhom.”
Il-ftuħ ta’ din il-binja se jaħbat mal-anniversarju ta’ għoxrin sena li ilu mwaqqf l-MGRM. Alex Caruana spjega li l-bidliet fil-qasam ta’ drittijiet ta’ persuni LGBTIQ f’dawn l-aħħar snin kienu qabżiet kbar ‘il quddiem.
“Minn għoxrin sena ilu s-sitwazzjoni nbiddlet ħafna, jiġifieri għalkemm kien hemm snin twal fejn bħala persuni LGBTIQ lanqas kellna drittijiet ta’ xej n. Sa ftit ta’ snin ilu stajt tkun imkeċċi mix-xogħol għax inti gay. Illum il-ġurnata hemm il-liġijiet li jħarsu li persuni LGBTIQ ma jitkeċċewx mill-post tax-xogħol. Jiġifieri llum affarjiet li narawhom ovvja li ma tistax tkeċċi lil xi ħadd għax huwa gay, snin ilu ma kinitx ovvja.” 30
Sostna li hu stess sab għajnuna bil-bidla tal-liġijiet f’dan il-qasam.
“Fl-aħħar għoxrin sena ovvjament il-liġijiet li daħlu bidlu l-ħajjiet ta’ ħafna nies. L-ewwel wieħed jien bħala persuna trans li ma jkollix għalfejn inħallas l-eluf biex inbiddel ismi u nieħu l-hormones huwa għajnuna kbira.” 20
Caruana temm b’appell għal kull min għandu bżonn xi tip ta’ għajnuna sabiex ma jibżax jitkellem, u qal li l-bibien ta’ din l-organizzazzjoni dejjem se jibqgħu miftuħa