Id-difiża ta’ Yorgen Fenech kitbet lill-Kunsill tal-Ewropa sabiex titlob is-sospensjoni tal-inkjesta pubblika dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Juliette Galea li qed tirrappreżenta lil Fenech fl-inkjesta pubblika staqsiet sabiex tittieħed azzjoni immedjata sabiex tiġi ssalvagwardjata l-integrità tal-proċessi ġudizzjarji li għaddejin bħalissa.
Dan jinkludi s-sospensjoni tal-inkjesta pubblika indipendenti fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia sakemm jiġu stabbiliti l-parametri neċessarji fosthom l-effett tal-inkjesta fuq il-proċeduri kriminali li għaddejin b’rabta mal-istess każ.