Raġel ta’ disgħa u tletin sena mill-Furjana ġie meħlus wara li ma nstabx ħati li seraq xi apparat tal-kċina mid-dar ta’ ommu.
Keith Gravina kien inżamm taħt arrest għal sitt xhur f’Diċembru tas-sena l-oħra wara li nstab ħati li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest rigward l-istess kawża, fejn tilef il-garanzija personali tiegħu ta’ tlett elef ewro.
Gravina kien mibgħut ukoll għal terapija marbuta ma vizzju tad-droga flimkien mas-sentenza ta’ sitt xhur ħabs.