Fil-Qorti kompliet il-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Shawn Higgins, li hu akkużat li ffaċċilita attività ta’ ħasil ta’ flus għal Gordon u Yvette Debono.
L-Ispettur James Turner xehed fuq kif meta kien assenjat fuq din l-operazzjoni.
Huwa innota diversi ċekkijiet indirizzati lil Higgans li ma kinux jagħmlu sens.
Fil-Qorti ntqal kif minn kont bankarju tal-Bank APS miftuħ f’isem il-kumpanija Petroplus, Higgans ħa ‘l fuq minn sitt miljun ewro.
Higgans spjega fil-Qorti kif hu kien staqsa lil Gordon Debono jekk kienx qiegħed jagħmel attivitajiet illegali, u Debono ċaħad.
Higgans stqarr ukoll li hu kien biss ħaddiem fil-kumpnija Petroplus, u qatt ma gwadanja b’mod finanzjarju miċ-ċekkijiet.
Hawn l-imputat spjega li hu kien qiegħed isarraf iċ-ċekkijiet u jirritorna l-flus lill-kumpanija.
L-avukat ta’ Higgans, Franco Debono, staqsa jekk kienx hemm xi assi li juru li l-akkużat xtara b’ammont sostanzjali ta’ flus.
Kien propju wara din il-mistoqsija mid-difiża li rappreżentant minn Transport Malta xehed kif din is-sena stess ġie rreġistrat ‘cabin cruiser’ fuq isem Higgans.
It-talba għall-ħelsien mill-arrest għal Higgans ġiet miċħuda