Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qed ikompli bl-inkonsistenza tal-Oppożizzjoni anki dwar suġġett tant importanti għall-pajjiżna u d-dinja, il-vaċċin għall-Covid-19.
Ftit tal-jiem ilu, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista qalet li l-vaċċin mhuwiex is-soluzzjoni, anki jekk bosta ekonomisti u xjenzati jqisuh bħala ‘game changer’ kbir fil-kontroll u r-rebħa fuq il-pandemija biex id-dinja terġa’ tirritorna għan-normalità.
Qalet, “Il-pandemija qegħda magħna, issa qed nisimgħu li ġej il-vaċċin ovjament nistennew xi kummenti jew proposti minn dan il-kumitat.”
“Il-vaċċin mhuwiex is-soluzzjoni.”
Konxju mill-pass ħażin li l-Oppożizzjoni ħadet, Bernard Grech imbagħad sostna magħna li issa l-vaċċin huwa s-soluzzjoni.
Dan qalu ftit tal-ħin qabel mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne spjega b’mod ċar l-istrateġija ta’ kif il-poplu Malti u Għawdxi se jibda jitlaqqam kontra l-Coronavirus.
Qal, “Iva bla dubju d-dinja kollha taf għax ix-xjenza mhux ħa nivvintawha jiena u inti illi l-vaċċin huwa soluzzjoni għall-pandemija tal-Covid.”
Bernard Grech ħoloq ukoll kumitat magħmul minn politiċi dwar il-pandemija.
Ried li dan ikun fuq is-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika, immexxija mill-Professur Charmaine Gauci.
U minkejja li issa għamel u-turn u qal li l-vaċċin huwa s-soluzzjoni, issa prova jitfa’ dubji u saħaq li jittama li dan il-vaċċin jiffunzjona.
Spjega li, “Wieħed jittama li dan il-vaċċin allura jiffunzjona.”