Fit-tielet kwart ta’ din is-sena, jiġifieri bejn Lulju u Settembru li għadda, Malta kellha l-ħames l-akbar żieda fit-tkabbir ekonomiku meta mqabbel mat-tieni kwart tas-sena.
Din l-informazzjoni ħarġet minn statistika maħruġa mill-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat.
Pajjiżna ġie eżatt wara Franza, Spanja, l-Italja u l-Portugall, fejn fl-eqqel tas-sajf kellna differenza għall-aħjar fiż-żieda fil-prodott domestiku gross.
Intant l-esperti tal-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu Fitch, fl-aħħar rapport tagħhom dwar Malta ppubblikat fil-jiem li għaddew, għollew l-istimi tagħhom għat-tkabbir tal-prodott domestiku gross.
Filwaqt li s-sena d-dieħla kienu oriġinarjmanet qed jaħsbu li l-ekonomija se tikber b’rata ta’ 4.1%, issa qed jaraw li t-tkabbir se jkun ta’ 5.4%.
Dan filwaqt li fl-2022, it-tkabbir stmat issa huwa ta’ 3.9%, ftit iżjed minn dak stmat oriġinarjament, jiġifieri 3.5%.