Alejandro Sabella, il-kowċ Arġentin li wassal lil pajjiżu sal-finali tat-Tazza tad-Dinja ta’ sitt snin ilu, miet fl-età ta’ 66 sena.
Sabella miet wara li ġimagħtejn ilu ddaħħal l-isptar biex jagħmel operazzjoni f’qalbu.
Huwa kien għamel l-operazzjoni, jum wara li miet il-plejer leġġendarju Arġentin ieħor, Diego Armando Maradona.
Sabella kien jeċċella ħafna fl-istudji u anki kellu opportunità jistudja l-liġi fl-Università ta’ Buenos Aires.
Minflok beda karriera fil-futbol ma’ River Plate u anki lagħab mat-timijiet Ingliżi ta’ Sheffield United u Leeds United.
Bħala kowċ kellu diversi suċċessi, fosthom meta kien jassisti lil Daniel Passarella mat-tim nazzjonali tal-Arġentina u l-Urugwaj.
F’sitt xhur kowċ ma’ La Plata rebbaħ lit-tim it-tazza Libertadores, wara kważi erba’ sekli li dan it-tim kien xott mill-unuri.
Jibqa’ mfakkar għal mod kif bena tim u wassal lill-Arġentina għall-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-2014, li tilef fl-aħħar ftit minuti kontra l-qawwa tal-Ġermanja mmexxija minn Joachim Löw.
Sabella u t-tim Arġentin xorta kienu ngħataw merħba ta’ eroj f’pajjiżhom u Sabella rriżenja minn kowċ.
Huwa magħruf kemm kien umli, ġentlom u qalbu tħabbat għall-futbol.