Ħames persuni u kumpanija ngħataw premju tal-ħidma tagħhom favur il-persuni b’diżabbiltà u l-inklużjoni, waqt il-Premju Soċjetà Ġusta.
Il-Premju Perseveranza ngħata lil Joseph Stafrace, il-fundatur tal-Fondazzjoni Service Dogs Malta, li tgħin lill-persuni nieqsa mid-dawl jingħataw kelb bħala gwida tagħhom.
Huwa qal, “Is-service dogs nemmen li huma importanti għaliex jagħtu sapport mhux biss il-persuni b’diżabiltà imma wkoll il-ġenituri għaliex tagħmilhom il-ħajja tagħhom iktar faċli.”
Il-Prempju Soċjetà Ġusta ngħata lil Angela Aguis, persuna nieqsa mis-smigħ li tgħin lill-persuni oħra jgħixu ħajja indipendenti.
Premju ieħor ingħata lit-tfajjel Jake Vella minħabba d-determinazzjoni u filwaqt premju ieħor ingħata lil Fr Martin Micallef, li jmexxi d-Dar tal-Providenza.
Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm il-President ta’ Malta George Vella, li saħaq dwar il-bżonn li verament naslu għall-għan li l-persuni b’diżabiltà jsiru membri indaqs tas-soċjetà bla ebda distinzjoni, tkun xi tkun id-diżbiltà.
Il-Ministru għall-Inkluzjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli qalet kif permezz ta’ dan il-premju qed ikunu rikonoxxuti l-persuni b’diżabiltà fis-soċjetà.