L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin (MDA) irreferiet għall-kwistjoni li nqalgħet dwar l-aċċess tal-pubbliku għall-foreshore f’Manoel Island.
L-MDA qalet li taqbel mal-policy kostanti tal-Gvern li l-foreshore għandha dejjem tibqa fid-dominju pubbliku. Dan irid ifisser ukoll li l-pubbliku jkollu dritt għall-aċċess permanenti għall-foreshore.
Appellat lill-iżviluppaturi ta’ Tigné Point u Manoel Island, il-kumpanija MIDI, biex tasal kemm jista’ jkun malajr fi ftehim mal-Gvern u mal-Kunsill Lokali tal-Gżira sabiex dan id-dritt ikun rispettat fil-prattika u l-pubbliku jkun jista’ jgawdi x-xatt ta’ Manoel Island.