Raġel b’kundizzjoni ta’ saħħa mentali li ħanxar għonq tifla ta’ seba’ snin fir-Renju Unit inħeles minn kull akkuża ta’ omiċidju.
Il-midja Ingliża qed tirrapporta li Eltiona Skana kien għall-ewwel ammetta għall-qtil taċ-ċkejkna Emily Jones, iżda tressaq quddiem il-ġustizzja wara li mbagħad ċaħad li qatilha.
Fl-aħħar seduta tal-każ xehed fost l-oħrajn psikjatra li kien qed jagħti l-kura lill-imputat fi sptar mentali tal-ogħla sigurtà. L-akkużat eventwalment inħeles għaliex il-Qorti f’Manchester qalet li m’hemm l-ebda prospett realistiku li r-raġel ikun determinat ħati jew le.
Madanakollu hu mistenni jaffaċċja akkużi ġodda li ħebb, weġġa’ u kkawża l-mewt tat-tifla fil-jiem li ġejjin.