Raġel ta’ 44 sena minn Marsaskala ġarrab ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-karozza li kien qed isuq, b’konsegwenza li baqa’ dieħel ġo xi siġar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:15 tal-Ħamis filgħaxija fi Triq San Nikola f’Bormla.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.