Hekk kif iż-żagħżugħa Naomi Pace Gasan tinsab qed tqatta’ ġurnata mal-Prim Ministru Robert Abela, issa kien imiss li takkumpanja lill-Prim Ministru fil-Plenarja tal-Parlament.
Naomi qattgħet ġurnata mal-Prim Ministru hekk kif lejlet il-Jum Internazzjonali għall-Persuni b’Diżabilità, il-Gvern qed jara li joħloq kuxjenza fuq l-importanza tal-persuni b’diżabilità u l-kontribut li jistgħu joffru fl-ogħla strutturi tas-soċjetà.
Waqt id-diskors tiegħu l-Prim Ministru Abela, spjega kif illum kienet waħda mill-isbaħ ġranet tax-xogħol għalih.
Il-Prim Ministru indirizza wkoll lil Naomi u assiguraha li x-xewqa tagħha li taħdem ħa ssir realtà malli tispiċċa l-istudji tagħha.
Sostna wkoll li jħares ‘il quddiem għal din il-viżjoni ta’ soċjetà maqgħuda u li tinkludi fi ħdanha lil kulħadd.