Matul Novembru li għadda kien hemm żieda ta’ 18% fuq bejgħ ta’ proprjetà meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena l-oħra.
Fi stqarrija l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi, l-MDA qalet li minkejja l-pandemija, f’Novembru kien hemm 1,245 konvenju ffirmat.
Il-valur ta’ proprjetà għal Novembru ta’ din is-sena laħħaq il-€274 miljun.
Dan ifisser €41 miljun jew 18% aktar minn Novembru 2019.
Il-President tal-MDA Sandro Chetcuti rrefera għall-aħbarijiet pożittivi marbuta mal-vaċċin għall-Covid-19 u saħaq kif dan jista’ jerġa’ jġib fiduċja li r-rota se terġa’ tibda ddur.