Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech issa laqa’ l-aħbar li fir-Renju Unit ġie approvat il-vaċċin ta’ Pfizer u BionNTech.
Sa ftit tal-jiem ilu, il-Partit Nazzjonalista qal li l-vaċċin mhuwiex is-soluzzjoni għall-pandemija tal-Covid-19.
Qalet kif, “Il-pandemija qegħda magħna, issa qed nisimgħu li ġej il-vaċċin ovjament nistennew xi kummenti jew proposti minn dan il-kumitat. Il-vaċċin mhuwiex is-soluzzjoni.”
L-Oppożizzjoni Nazzjonalista qalet ukoll li malli l-vaċċin ikun disponibbli għall-pajjiżi Ewropej, timmaġina li Malta ser tkun allokata biss sa 40,000 doża.
Sostniet, “Aħna meta tikkalkula, nimmaġina li ma jmissnix iżjed minn 30,000, 40,000 shots.”
Issa l-Kap tal-Oppożizzjoni qed jilqa’ aħbar dwar il-vaċċin, bil-Gvern kien saħaq li fl-ewwel kunsinja tal-vaċċin li se tasal f’pajjiżna se jkollna aktar dożi milli semmiet l-Oppożizzjoni u se jkun hawn dożi għall-popolazzjoni kollha.
Qal kif, “Ma’ l-ewwel kunsinja, ma’ l-ewwel kunsinja biss se jkollna aktar dożi milli semmiet hi, se jkollna d-dożi għall-popolazzjoni kollha u iżjed biex nistgħu anke nagħtu donazzjonijiet lil pajjiżi oħra, minn produttur wieħed biss se jkollna biżżejjed dożi għall-popolazzjoni kollha”