It-tim nazzjonali tal-futbol tan-nisa għeleb lill-Iżrael f’logħba kompettitiva ta’ kwalifikazzjoni għall-EURO 2022.
Malta rebħet bl-iskor ta’ 2-0 kontra l-Iżrael barra minn darha.
Brenda Borg fetħet l-iskor wara kwarta, bl-istilla Haley Bugeja terġa’ tiskorja fid-59 minuta.
Seba’ minuti qabel it-tieni gowl ta’ Malta, tkeċċiet Irena Kuznezov għall-Iżrael.
B’din it-tieni rebħa konsekuttiva fil-grupp, Malta spiċċat fir-raba’ post minn sitt timijiet li fih kien hemm il-qawwa Daniża u dik Taljana.
Fi tweet il-Prim Ministru awgura lit-tim nazzjonali tan-nisa fir-rebħa kontra l-Iżrael fejn qal kif it-tim akkwista l-aħjar prestazzjoni f’rawnd ta’ kwalifikazzjoni Ewropej.
Congratulations to @MaltaFA1900 women’s team 🇲🇹 for their win against #Israel, securing the best ever finish in a qualifying campaign with a record of 10 points!
Encouraging progress being made. Keep it up! – RA
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) December 1, 2020