Minn tal-inqas żewġ persuni huma mejta u oħrajn midruba wara li karozza baqgħet dieħla fihom f’żon pedonali f’Tier il-Ġermanja.
Il-Pulizija Ġermaniża qalet kif xufier ta’ wieħed u ħamsin sena, ġie arrestat b’rabta ma’ dan il-każ.
Is-Sindku ta’ dan il-post iddeskriva din ix-xena bħala waħda orribbli u spjega kif waħda mill-vittmi hija tifla.
Il-mottiv wara dan l-inċident għadu mhux magħruf.
Intant, il-Pulizija qed jitolbu lin-nies biex jevitaw din iż-żona.