Fl-aħħar sigħat fiequ tlieta u tmenin persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew mija u żewġ każijiet minn fost 2768 test.
Dan ifisser li 96.4% tat-testijiet ġew negattivi, u 3.6% ġew pożittivi.
Sa issa, fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru aktar minn 430,782 test.