Il-miri tal-Ġnus Maqgħuda fuq il-klima jinsabu fit-triq biex jiġu milħuqa. Dan wara ħidma miċ-Ċina u pajjiżi oħra flimkien mal-wegħda li għadu kif għamel l-President-elett tal-Istati Uniti Joe Biden fuq dan.
Il-midja internazzjonali qed tirraporta li dan l-impenn mill-pajjiżi kollha, se jwassal biex it-temperatura tad-dinja ma tibqax togħla sa l-aħħar ta’ dan is-seklu.
Indikazzjonijiet fi snin ilu kienu juru li tant it-temperatura kienet se togħla u tisħon li d-dinja kienet mistennija tara xi impatti diżastrużi.