Ilbieraħ tħabbret il-mewt ta’ Carmel Aquilina. Huwa kien awtur, direttur, kif ukoll għalliem tad-drama.
Aquilina waqqaf id-dramm tal-Ġimgħa l-Kbira f’Għargħur.
Bosta kienu dawk il-persuni li ddeskrivew lil Carmel bħala raġel bravu, li hu mogħni b’talent.
F’messaġġi li ntbagħtu biex ifakkru l-memorja ta’ Aquilina, intqal li hu kien jgħin lill-ħaddieħor u kien ukoll jgħin lill-ħaddieħor billi jħares lejn l-affarijiet b’perspettivi differenti.