Fl-indirizz tiegħu fl-attività politika tal-Ħadd filgħodu l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela ħabbar li s-sidien tal-bars jibdew jieħdu l-Covid Wage Supplement b’lura minn Novembru.
Qal kif il-messaġġ ċar tal-konsulenti mediċi kien biex l-għeluq tal-barijiet jiġi estiż sal-aħħar tax-xahar u dan mhux tort tas-sidien.