AĠĠORNAT: Ħadd ma weġġa’ wara ħruġ ta’ gass, aktarx CO2 f’kumpless tal-ħwienet fil-Ħamrun.
Diriġenti tal-kumpless li tkellmu ma’ ONE News qalu li kulħadd ġie evakwat u l-operat tal-kumpless reġa’ kompla normali ftit tal-ħin wara.
Membri tal-Protezzjoni Ċivili assiguraw li m’hemmx periklu.
Għalkemm kien hemm xi rapporti ta’ ħruq, jirriżulta li ma kien hemm l-ebda nirien fil-kumpless Daniel’s.
AKTAR QABEL: Membri tal-Protezzjoni Ċivili jinsabu fil-kumpless tal-ħwienet Daniel’s, fil-Ħamrun fejn intalbet l-assistenza minħabba xamma ta’ gass.
Il-kumpless jinsab fi Triq San Ġużepp fil-Ħamrun u minnufih ġew evakwati n-nies.
Minn informazzjoni li kiseb ONE News ħareġ xi gass fil-kumpless iżda rapporti oħra qed jgħidu li jista’ jkun hemm xi nirien.
Fuq il-post hemm ukoll tim mediku b’ambulanza u anki l-pulizija.