Ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea komplew bin-negozjati f’Londra hekk kif fl-aħħar ta’ din is-sena jiġi fi tmiemu perjodu ta’ tranżizzjoni b’rabta ma’ Brexit.
Il-Kap tan-negozjati għall-Unjoni Ewropea, Michel Barnier, jinsab f’Londra għal tmiem il-ġimgħa wara li għadda minn perjodu ta’ iżolament wara li kollega tiegħu ġie pożittiv għall-Covid-19.
Mal-wasla tiegħu huwa stqarr li ser ikun qed jaħdem fin-negozjati b’paċenzja u determinazzjoni. Madankollu, il-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson stqarr li jiddependi mill-Unjoni Ewropea jekk jintlaħaqx il-qbil.