L-Iran qed iwiegħed tpattija wara l-qtil tal-iktar xjentist nukleari anzjan tiegħu, Mohsen Fakhrizadeh. Huwa nqatel il-Ġimgħa wara li nies armati fetħu n-nar fuq il-karozza li kien qiegħed fiha hu.
Huwa mifhum li huwa kien wara programm sigriet Iranjan għall-armi nukleari. Madankollu, l-Iran tinsisti li l-programm nukleari tagħha huwa wieħed paċifiku.
Hossein Deghan, il-Konsulent Militari tal-Mexxej Iranjan, saħaq li ser ikunu qed jolqtu lil min hu responsabbli.
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Iranjan, Javad Zarif sejjaħ lill-komunità internazzjonali sabiex tikkundanna dan l-att filwaqt li qal li hemm indikazzjonijiet serji li l-Iżrael kellha rwol f’dan l-attakk.