Ir-raġel mill-Pakistan ta’ 25 sena li nstab mejjet fiċ-ċella tiegħu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin proprju ftit iktar minn ġimgħa ilu, miet mewta naturali waqt li kien rieqed kawża ta’ kundizzjoni medika f’qalbu.
Huwa mifhum illi l-Pakistani sofra minn attakk tal-qalb wara li l-kundizzjoni tar-raġel kien jagħmilha aktar diffiċli biex il-qalb tippompja d-demm u għaldaqstant tgħejja aktar malajr.
Stqarrija mill-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi kienet qalet li l-Pakistani kien instab mill-uffiċjali korrettivi waqt ir-rondi ta’ rutina għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħodu. Meta nstab fiċ-ċella ma kien instab xejn suspettuż.
Minbarra r-riżultati tal-awtopsja, l-investigazzjonijiet dwar dan il-każ qed jistennew ir-riżultati ta’ eżamijiet oħra fosthom dawk tossikoloġiċi.