L-istat se jkun qed jagħmel mafkar lill-mibki Oliver Friggieri.
Ħabbar dan il-Prim Ministru Robert Abela, meta ġie mistoqsi waqt sessjoni live man-nies dwar x’se jkun qed jagħmel il-pajjiż biex ifakkar il-memorja ta’ Friggieri.
Dr Abela spjega kif proprju llum kien mument li emozzjonah hekk kif il-gżejjer Maltin tilfu ġgant patrijott Malti, li kiseb rispett minn kulħadd.
Sostna kif minkejja li llum Oliver Friggieri m’għadux magħna, Friggieri mhu se jmut qatt.
Kien għalhekk li kellem lil Heritage Malta biex din toħroġ sejħa għall-proposti biex isir il-mafkar.