Fil-belt Żvizzera ta’ Lugano ġiet arrestata mara li allegatament darrbet lil żewġ nisa oħra f’maħżen f’dak li qed ikun suspettat bħala attakk terrorstiku.
Hija ppruvat tifga mara u tat daqqiet ta’ sikkina lil mara oħra f’għonqha. Waħda mill-vittmi għandha ġrieħi serji u l-oħra ndarbet ħafif.
Is-suspettata, ta’ 28 sena, hija magħrufa mal-Pulizija b’rabta ma’ investigazzjoni ta’ terroriżmu fl-2017.
Ritratt: EPA