Amanda Borg Manduca ta’ 30 sena mis-Swieqi nżammet arrestata wara li tressqet il -Qorti akkużata li serqet numru ta’ oġġetti li jġibu l-valur ta’ €90.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo semgħet kif l-akkużata serqet €30 f’oġġetti tas-sbuħija minn ħanut f’Tas-Sliema, €30 minn basket ta’ impjegata f’ħanut fis-Swieqi u ppruvat tisraq tletin ewro f’oġġetti minn ħanut tal-laħam mill-istess ħanut.
Il-Qorti nnutat li Borg Manduca hija riċediva.