Il-Klijenti ta’ Melita Cable minn issa jistghu igawdu wkoll l-istazzjon taghna ONE HD fuq din il-platform. L-istazzjon ONE HD li jinsab fuq channel 113 kemm fuq Melita Cable kif ukoll fuq GO Interactive, joffri kwalità ta’ stampa aħjar b’defenizzjoni ghola u dolby surround lit-telespettaturi.
ONE Productions Ltd, li tagħmel parti minn ONE Group, għamlet investiment li jlaħħaq in-nofs miljun ewro biex fl-ewwel ta’ Mejju li għadda bdiet bit-trazmissjonijiet bi prova fuq dan ic-channel ġdid. Minn għada ONE HD jitlaq bit-trażmissjoni uffiċjali tiegħu mill-aħbarijiet principali tas-7.30pm.
ONE HD huwa wieħed minn għadd ta’ proġetti ta’ tiġdid li għaddeja fuqhom bħalissa il-kumpanija tagħna. Fosthom kien hemm l-istudio u appart ġdid ta’ ONE Radio kif ukoll dan il-portal.